MUŻA

MUŻA MUŻA is Malta’s National Community Art Museum and one of Heritage Malta’s national sites and museums.

MUŻA also manages part of Malta’s National Collection, boasting more than 15,000 works of art and artefacts.

🇲🇹 L-aħħar irtokki qabel il-ftuħ tal-wirja 'Edward Caruana Dingli (1876–1950) – Celebrating 150 Years Since His Birth' i...
02/09/2026

🇲🇹 L-aħħar irtokki qabel il-ftuħ tal-wirja 'Edward Caruana Dingli (1876–1950) – Celebrating 150 Years Since His Birth' illejla, esebizzjoni li tiċċelebra wieħed mill-artisti l-iktar influwenti ta' Malta!

Skopri iktar billi żżur https://muza.mt/edward-caruana-dingli-1876-1950-celebrating-150-years-since-his-birth/

🤗 Jekk illejla tixtieq tgħaddi s'hawn għall-ftuħ tal-wirja, merħba bik! L-attività tibda fis-7pm.

🇬🇧 Final touches before tonight's opening for 'Edward Caruana Dingli (1876 – 1950) – Celebrating 150 Years Since His Birth', an exhibition celebrating one of Malta’s most influential artists!

Learn more at https://muza.mt/edward-caruana-dingli-1876-1950-celebrating-150-years-since-his-birth/)

🤗 Feel free to pop by this evening for the opening, starting at 7pm!

It's always a pleasure welcoming Budding Artists Malta to MUŻA! 🎨From the works of Giuseppe Calì to hands-on drawing wit...
31/08/2026

It's always a pleasure welcoming Budding Artists Malta to MUŻA! 🎨

From the works of Giuseppe Calì to hands-on drawing with quill and bamboo reed, it's wonderful to see young artists engaging with Malta's artistic heritage right here in our galleries.

🇲🇹 Fil-MUŻA ssib pitturi, skulturi, tpenġijiet, stampi, ġojjellerija, għamara, ċeramika, kotba, installazzjonijiet, arti...
29/08/2026

🇲🇹 Fil-MUŻA ssib pitturi, skulturi, tpenġijiet, stampi, ġojjellerija, għamara, ċeramika, kotba, installazzjonijiet, arti vidjografika, u ... mapep. Fil-fatt, għandna kollezzjoni ta' mapep stampati u manuskritti, primarjament ta' Malta, li hi kbira mhux ħażin. Mapep tal-Belt Valletta, tal-portijiet Maltin ewlenin, tal-arċipelogu Malti, u anke ta' Malta mitfugħa fost il-gżejjer u l-portijiet Mediterranji ġirien tagħha. Għandna ħafna mapep tal-Assedju l-Kbir tal-1565. Ftit iżda huma l-mapep li jiffokaw speċifikament fuq il-gżejjer-aħwa ta' Malta. Fil-każ ta' Kemmuna, għandna mappa Brittanika, inċiża fuq l-azzar, li hi l-unika mappa ta' Kemmuna fil-kollezzjoni kartogarfika tal-MUŻA.

Fiċ-ċentru jidhru Kemmuna u Kemmunett, imqegħdin bejn Malta u Għawdex. Fil-parti ta' fuq tal-mappa, tidher iż-żona tat-Tramuntana. Biex inkunu preċiżi, din hi karta nawtika jew idrografika, kif jixhdu t-topografija dettaljata, il-kontorni ta' tarf il-baħar, u n-numri żgħar, jew qjiem, mifruxin fuq il-baħar, li jkejlu kemm hu fond 🌊.

Karta bħal din kienet interessanti u utli ħafna għall-baħħara, speċjalment għall-Brittaniċi li, meta kellhom il-gżejjer Maltin taħt idejhom, taw importanza kbira lill-qasam marittimu u navali.

Thomas Graves (1802–1856) [surveyor], Thomas Abel Brimage Spratt (1811-1888) [idrografu], “Comino Channels”, post-1860, inċiżjoni fuq l-azzar, Kollezzjoni ta' Mapep ta' Malta ta' Albert Ganado, Kollezzjoni Kartografika tal-MUŻA. Ritratt mill-Malta Study Center fil-Hill Museum and Manuscript Library, Collegeville, MN, l-Istati Uniti.

🇬🇧 MUŻA has paintings, sculptures, drawings, prints, jewellery, furniture, ceramics, books, prints, installations, video art and…maps. Indeed, it has quite a sizeable collection, mostly of Malta, in printed and manuscript form. There are different categories too such as those that show Valletta, Malta’s main harbours, the Maltese archipelago alone and in the context of neighbouring Mediterranean islands and ports. Large in number are those of the Great Siege of 1565. Very small, if not almost negligible, in number are maps solely of Malta’s sister islands and even less, of Comino. This is why the steel-engraved British map of the ‘Comino Channels’ is one to literally celebrate because it is the one and only in the cartographic collection.

Bang in the centre, the islets of Comino and Cominotto lie between the extremities of Malta and Gozo. A profile view of this northern area is provided in the upper part of this map, or more precisely, this nautical or hydrographic chart. The tell-tale signs are the very detailed topography and contours of the water’s edge and the tiny insect-like numbers – or fathoms – that dot the sea. These are measurements of depths of water 🌊.

Such a chart would have been of great interest and use to mariners, and all the more so to the British whose maritime and naval priorities continued to take precedence when the Maltese Islands were in their hands.

Thomas Graves (1802-1856) [surveyor], Thomas Abel Brimage Spratt (1811-1888) [hydrographer], “Comino Channels”, post-1860, steel engraving, Albert Ganado Malta Map Collection, MUŻA Cartographic Collection. Photo courtesy of the Malta Study Center at the Hill Museum and Manuscript Library, Collegeville, MN, U.S.A.

A new chapter for Malta Biennale 2028 begins. Could you be the creative force behind this next edition? Applications are...
27/08/2026

A new chapter for Malta Biennale 2028 begins. Could you be the creative force behind this next edition?

Applications are now open for the role of Artistic Director of Malta Biennale 2028. For more information, visit: www.maltabiennale.art/international-call-artistic-director

Heritage Malta

🇲🇹 Qed inħejjulkom xi ħaġa ġdida ġewwa l-MUŻA 👀Bħalissa qed narmaw il-wirja li jmiss. Iġri naqsmuha magħkom! Segwuna għa...
27/08/2026

🇲🇹 Qed inħejjulkom xi ħaġa ġdida ġewwa l-MUŻA 👀

Bħalissa qed narmaw il-wirja li jmiss. Iġri naqsmuha magħkom! Segwuna għal iktar dettalji.

🇬🇧 Something is coming to MUŻA. 👀

We're setting up for an upcoming exhibition and we can't wait to share it with you. Stay tuned for more details!

🇲🇹 Edward Caruana Dingli jfakkarna għaliex niċċelebraw il-Jum Dinji tal-Klieb: biex nonoraw lil sħabna b’erba’ saqajn li...
26/08/2026

🇲🇹 Edward Caruana Dingli jfakkarna għaliex niċċelebraw il-Jum Dinji tal-Klieb: biex nonoraw lil sħabna b’erba’ saqajn li jixtiequ jkunu qribna u jkunu parti mill-ħajja tagħna ta’ kuljum!

❔ Qed tagħrafha din il-pittura? Oqogħdu b’seba’ għajnejn għall-wirja li jmiss tagħna, li se tkun dwar Caruana Dingli, wieħed mill-iktar artisti maħbubin f’Malta!

🇬🇧 Edward Caruana Dingli reminds us why we celebrate International Dog Day - to honour all our four-legged companions who just want to be close to us and join in on all the action every day 🐾!

❔ Do you recognise this painting? Keep an eye out for exciting details about our upcoming exhibition on Caruana Dingli, one of Malta's most beloved artists!

🇲🇹 🤔 Kont taf li wieħed mill-ħitan tagħna kien ukoll mappa?Fil-kamra ddedikata lin-Neoklassiċiżmu u r-Romantiċiżmu ġewwa...
22/08/2026

🇲🇹 🤔 Kont taf li wieħed mill-ħitan tagħna kien ukoll mappa?

Fil-kamra ddedikata lin-Neoklassiċiżmu u r-Romantiċiżmu ġewwa l-gallariji bl-arti tas-seklu 19, qed tintwera riproduzzjoni mdaqqsa ta' dettall minn mappa tal-Belt Valletta u l-portijiet li jdawruha. Biswitha hemm ħames xogħlijiet, fuq il-karti, imdendlin. Kull xogħol jirrappreżenta bini Neoklassiku jew monument funebri mill-perjodu Brittaniku Bikri f'Malta.

🗺 Il-pożizzjoni ta' kull xogħol, bil-mappa tal-Belt u r-reġjun tal-Port fl-isfond, tixhed il-lok ġeografiku preċiż tal-bini jew il-monument muri.

Minn dawn, żewġ strutturi biss ma tqegħdux fil-pożizzjoni oriġinali tagħhom: waħda m'għadhiex teżisti u l-oħra tqiegħdet xi mkien ieħor.

🇬🇧 🤔Did you know that one of our walls doubles as a map?

In the 'Neoclassicism and Romanticism' room of the 19th-century Art Galleries, there is a large reproduction of a detail of a 19th-century map of Valletta and its flanking harbours. Against this large blow-up, five works on paper hang, each one representing a Neoclassical building or funerary public monument of Malta's Early British period.

🗺 The position of each work, against the expanded map of Valletta and its neighbouring harbour regions, acts as a faithful geographical marker of the location of each building or monument it shows.

All except two still stand in their original location. One no longer exists in its entirety, and the other has been relocated.

21/08/2026

🇲🇹 Infakkrukom li s-swali tagħna huma miftuħin, kwieti, u ħames minuti bogħod minn kwalunkwe żona fil-Belt Valletta 😌.

📍 MUŻA, fil-Berġa tal-Italja, il-Belt Valletta.

Ippjana ż-żjara tiegħek: https://muza.mt/planyourvisit/

🇬🇧 Your reminder that the galleries are open, quiet, and five minutes from wherever you are in Valletta 😌.

📍MUŻA, Auberge d’Italie, Valletta.

Plan your visit: https://muza.mt/planyourvisit/

VallettaMalta MaltaArt

Throwback to last month!It was our pleasure to host Budding Artists Malta's visit to MUŻA during their Summer Art Camp. ...
18/08/2026

Throwback to last month!

It was our pleasure to host Budding Artists Malta's visit to MUŻA during their Summer Art Camp. The young artists got an up-close look at drawings from our collection, before trying their hand at some of the very techniques they'd just discovered - from charcoal to silverpoint to ink with quills and reeds.

Always a joy to welcome the next generation through our doors. 🎨

🇲🇹 Illum hija l-festa tat-Tlugħ fis-Sema tal-Madonna - waħda mill-aktar ċelebrazzjonijiet reliġjużi importanti fil-gżira...
15/08/2026

🇲🇹 Illum hija l-festa tat-Tlugħ fis-Sema tal-Madonna - waħda mill-aktar ċelebrazzjonijiet reliġjużi importanti fil-gżira u okkażjoni li għandha valur kbir għall-Maltin.

Fl-eqqel tat-Tieni Gwerra Dinjija, it-tanker SS Ohio, li aktar t**d sar magħruf lokalment bħala l-‘Konvoj ta’ Santa Marija,’ wasal Malta fil-15 ta’ Awwissu 1942. Il-provvisti li ġarr miegħu fissru s-salvazzjoni għall-popolazzjoni, li sa dak iż-żmien kienet qed tbati l-ġuħ u kienet tilfet it-tama.

Il-Maltin, li kienu Kattoliċi devoti, qiesu din il-wasla f’waqtha bħala miraklu mwettaq mill-Madonna.

MUŻA jawgura l-isbaħ xewqat f’dan il-jum speċjali. Jalla l-konvoj tas-salvazzjoni tagħkom jasal fi xtutkom ukoll bla dewmien.

🖼️ Il-pittura fuq pannell tas-seklu sittax li qed tiġi ppreżentata llum, hija maħduma biż-żejt u t-tempera u tinsab esebita fil-Gallerija tar-Rinaxximent.

🇬🇧 It’s the feast of the Assumption of Our Lady today—one of the island’s most important religious celebrations and ranking high in significance to the Maltese.
At the peak of WWII, the tanker SS Ohio, later locally known as the ‘Santa Marija Convoy,’ arrived at Malta on 15th August 1942. The vital supplies it brought spelt saving the population, by then starving for food and depleted in hope.

The devout Roman Catholic Maltese described this timely arrival as nothing short of a miracle by Our Lady.

MUŻA extends its best wishes on this special day. May your own rescue convoy reach your shore soon.

🖼️ The 16th-century oil-and-tempera panel painting, shown today, hangs in the ‘Renaissance’ Gallery.

Address

Auberge D'Italie
Valletta
VLT1100

Opening Hours

Monday 09:00 - 17:00
Wednesday 09:00 - 17:00
Thursday 09:00 - 17:00
Friday 09:00 - 17:00
Saturday 09:00 - 17:00
Sunday 09:00 - 17:00

Telephone

+35623954500

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when MUŻA posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Museum

Send a message to MUŻA:

Shortcuts

Share

Category