02/09/2026
🇲🇹 Esplora ċċelebra l-10 Anniversarju tiegħu b’serata memorabbli f’Villa Bighi, li mmarkat għaxar snin ta’ dedikazzjoni biex tispira l-kurżità, l-iskoperta u l-interess fi STEAM. 🎉
Iċ-ċelebrazzjoni laqqgħet flimkien mistednin, kollegi, imsieħba u ħbieb għal lejla speċjali bħala ċelebrazzjoni ta’ Esplora. Is-serata kienet tinkludi vjaġġ lura fil-memorji tal-aħħar 10 snin, kunċert live minn Ivan Grech & Friends, u riċeviment fil-ġonna ta’ Villa Bighi.
L-avveniment laqqa’ flimkien rappreżentanti tal-Gvern, Xjenza Malta, impjegati attwali u eks impjegati ta’ Esplora, edukaturi, riċerkaturi, imsieħba u kollaboraturi li kkontribwew għall-iżvilupp taċ-Ċentru minn mindu fetaħ il-bibien tiegħu fl-2016.
Grazzi mill-qalb lil kull min kien parti mill-vjaġġ ta’ Esplora matul dawn l-aħħar għaxar snin. 🔬
🇬🇧 Esplora celebrated its 10th Anniversary with a memorable evening at Villa Bighi, marking a decade dedicated to inspiring curiosity, discovery and interest in STEAM. 🎉
The celebration brought together guests, colleagues, partners and friends for a special evening celebrating Esplora. The evening included a trip down memory lane through the past 10 years, a live concert by Ivan Grech & Friends, and a reception in the gardens of Villa Bighi.
The event brought together Government representatives, Xjenza Malta, current and former Esplora employees, educators, researchers, partners and collaborators who have contributed to the Centre’s development since it opened its doors in 2016.
A heartfelt thank you to everyone who has been part of Esplora’s journey over the past decade. 🔬
Ġustizzja | Clifton Grima | Silvio Scerri | Mary Ann Cauchi | Xjenza Malta